Is-Sigurtà tat-Trabi u t-Tfal fuq id-Dgħajjes – minn Maritime MT u Transport Malta

Illum il-ġurnata ħafna familji joħorġu jgawdu mawriet fuq il-baħar bid-dgħajsa. Jekk tinsab konfuż kif ser tuża d-dgħajsa, issa li għandek tarbija, iċ-Ċentru ta’ Taħriġ MaritimeMT b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta ħejja dan l-artiklu apposta għalik. Min għandu t-tfal probabbli jgħidlek li hu iktar faċli toħroġ bid-dgħajsa b’tarbija milli bi tfal żgħar, li jsibuha diffiċli joqogħdu f’post fiss. Bi…

Read more

Issa li s-sħana x’l-aħjar tlibbes lit-tarbija f’daż-żmien?

Għal poplu li jgħix f’pajjiż sħun, vera nħobbu nkebbu lit-tfal tagħna f’balla ħwejjeġ. Imma x’suppost inlibbsuhom lit-trabi? Qabla tkellmet ma’ Buzymummy u tatna ftit pariri dwar kif se nindunaw humiex imlibbsin iżżejjed Wieħed għandu jżomm f’rasu li t-tarbija se tibki jekk hi skomda u hemm tendenza li iktar tibki meta tħoss is-sħana milli l-bard. Ta’…

Read more
ftuh tal file

Qed tistenna tarbija? X’inhi il-proċedura f’Malta u Għawdex biex tiftaħ il-file tat-tqala?

Il-ftuħ tal-file tat-tqala fl-isptar hu pass importanti fit-tqala. Dan hu parti mill-ewwel viżta fl-isptar fejn minbarra li tiltaqa’ mal-qabla u mal-konsulent, isirulek ukoll it-testijiet tad-demm. Għalhekk iddiskutejna l-proċedura attwali ma’ NATHALIE CRAUS u JOSEPHINE VELLA, li huma l-qwiebel li hemm ċans tiltaqa’ magħhom fl-ewwel viżta fl-Isptar Mater Dei jew fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex rispettivament. X’inhi l-proċedura…

Read more

Qed tistenna tarbija? Ara liem korsijiet jgħoddu għalik

Għal dawk li qed jistennew tarbija, speċjalment jekk hi l-ewwel waħda, ta’ min jinkitbu għal wieħed mill-korsijiet ta’ qabel it-twelid. F’Malta jeżistu żewġ entitajiet ewlenin li jagħmluhom: il-Parentcraft Unit tal-Isptar Mater Dei l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Qwiebel. F’Għawdex isir wieħed organizzat mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex. 1) Il-Parentcraft Unit joffri żewġ tipi ta’ korsijiet: Il-Bidu tat-Tqala (Early Pregnancy) li…

Read more

X’għandek tistenna meta żżur il-Breastfeeding Walk-in Clinic – Nitkellmu ma’ Helen Borg

Il-Breastfeeding Walk-in Clinic mhuwiex biss dwar il-ħalib tal-omm. Imma hu dwar li t-tarbija tkun mitmugħa sew u li l-ommijiet jingħataw l-appoġġ meħtieġ fid-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom. Din hi l-ewwel ħaġa li tispeċifika l-Practice Midwife Helen Borg, li tmexxi din il-klinika fl-Isptar Mater Dei. “L-għan ewlieni tagħna hu li niċċekkjaw li t-tarbija hi kuntenta billi…

Read more

Kemm ħwejjeġ fix-xitwa? Linji gwida ta’ lbies għal trabi u tfal żgħar

F’dawn iż-żminijiet kesħin ħafna ġenituri jaqbdu jikkonfondu x’se jlibbsu lit-trabi u t-tfal żgħar tagħhom. FRANICA PULIS tkellmet ma’ qabla dwar x’inhu ideali li jitlibbes fix-xitwa Għal pajjiż bi klima sħuna bħal tagħna, erħilna kif inħossu naqra żiffa noħorġu l-ġkieket u l-kutri. Imma x’suppost inlibbsuhom lit-trabi, u kif se nindunaw jekk huma mlibbsin ftit jew wisq?…

Read more

Qed tistenna tarbija? Ara x’benefiċċji jgħoddu għalik hawn Malta

Jekk qed tistenna tarbija jew għadek kif wellidt, iċċekkja li applikajt għal dawn il-benefiċċji: il-benefiċċju tal-maternità il-benefiċċju tal-leave tal-maternità/ adozzjoni iċ-children’s allowance il-benefiċċju waqt l-Impjieg l-għotja tal-ħalib mal-ARMS – mhuwiex eżattament benefiċċju imma tista’ traħħas il-kont tad-dawl u l-ilma tiegħek meta żżid in-numru ta’ persuni li jgħixu fir-residenza Il-benefiċċju tal-Maternità/ Adozzjoni Dan jingħata lill-ommijiet kollha…

Read more