Franica Pulis għamlet 5 snin taħdem bħala ġurnalista mal-gazzetti Illum u MaltaToday. Illum ħajjitha ddur maż-żewġ subien tagħha u żewġha kif ukoll taħdem bħala qarrejja tal-provi, traduttriċi u kittieba ta’ artikli.
Franica Pulis spent 5 years working as a journalist with newspapers Illum and MaltaToday. Nowadays her life revolves around her two young sons and her husband and also works as a freelance writer, proofreader and translator.
Tradizzjoni Maltija popolari iktar minn qatt qabel hi l-quċċija. Din issir dakinhar li t-tarbija tagħlaq is-sena biex tbassar il-karriera futura tagħha. Minkejja li mhux neċessarjament tfisser li t-tarbija se tagħmel ix-xogħol marbut mal-oġġett li tkun qabdet, hi tradizzjoni ħelwa biex tiġi ċelebrata mal-bqija tal-familja, u tagħmel l-ewwel festin tat-tarbija differenti minn dawk kollha li jiġu…
Ċerti tfal żgħar normali li ddardarhom il-karozza, ġieli anki f’distanzi qosra. Uħud minnhom joħorġu minnha meta jikbru xi ftit, oħrajn jibqgħu hekk anki wara li jikbru, sakemm ma jsuqux huma. Persuna jista’ jkollha motion sickness waqt li tkun passiġġiera f’karozza, dgħajsa jew ajruplan u dan jista’ jwassal għal sturdament, uġigħ ta’ ras, dardir u anki…
Għal poplu li jgħix f’pajjiż sħun, vera nħobbu nkebbu lit-tfal tagħna f’balla ħwejjeġ. Imma x’suppost inlibbsuhom lit-trabi? Qabla tkellmet ma’ Buzymummy u tatna ftit pariri dwar kif se nindunaw humiex imlibbsin iżżejjed Wieħed għandu jżomm f’rasu li t-tarbija se tibki jekk hi skomda u hemm tendenza li iktar tibki meta tħoss is-sħana milli l-bard. Ta’…
Il-ftuħ tal-file tat-tqala fl-isptar hu pass importanti fit-tqala. Dan hu parti mill-ewwel viżta fl-isptar fejn minbarra li tiltaqa’ mal-qabla u mal-konsulent, isirulek ukoll it-testijiet tad-demm. Għalhekk iddiskutejna l-proċedura attwali ma’ NATHALIE CRAUS u JOSEPHINE VELLA, li huma l-qwiebel li hemm ċans tiltaqa’ magħhom fl-ewwel viżta fl-Isptar Mater Dei jew fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex rispettivament. X’inhi l-proċedura…
Għal dawk li qed jistennew tarbija, speċjalment jekk hi l-ewwel waħda, ta’ min jinkitbu għal wieħed mill-korsijiet ta’ qabel it-twelid. F’Malta jeżistu żewġ entitajiet ewlenin li jagħmluhom: il-Parentcraft Unit tal-Isptar Mater Dei l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Qwiebel. F’Għawdex isir wieħed organizzat mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex. 1) Il-Parentcraft Unit joffri żewġ tipi ta’ korsijiet: Il-Bidu tat-Tqala (Early Pregnancy) li…
Il-Karnival din is-sena se jibda minn ħafna iktar qabel mis-soltu. Normalment iċ-ċelebrazzjonijiet fil-miftuħ fil-Belt Valletta jibdew il-Ġimgħa u jibqgħu għaddejjin sat-Tlieta ta’ wara. Din is-sena, mhux talli se jibdew mill-Ħamis fil-Belt, talli l-Ħadd ta’ qabel se jerġa’ jsir għall-ewwel darba fil-Kottonera. Il-Kottonera għandha storja antika ħafna tal-Karnival li tmur lura sa żmien il-Kavallieri u li…
Il-Breastfeeding Walk-in Clinic mhuwiex biss dwar il-ħalib tal-omm. Imma hu dwar li t-tarbija tkun mitmugħa sew u li l-ommijiet jingħataw l-appoġġ meħtieġ fid-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom. Din hi l-ewwel ħaġa li tispeċifika l-Practice Midwife Helen Borg, li tmexxi din il-klinika fl-Isptar Mater Dei. “L-għan ewlieni tagħna hu li niċċekkjaw li t-tarbija hi kuntenta billi…
Click here to read this article in English. Fit-22 ta’ Jannar se jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2018-2019 għat-tfal li posthom jittella’ bil-polza jew li jaqgħu fit-tieni kriterju (dawk li jeħtieġu learning suppost assistant; tfal, li huma jew il-ġenituri tagħhom, applikaw għall-ażil meta ġew Malta; u każijiet soċjali, bħal pereżempju tfal taħt care order).…