Il-Karnival din is-sena se jibda minn ħafna iktar qabel mis-soltu. Normalment iċ-ċelebrazzjonijiet fil-miftuħ fil-Belt Valletta jibdew il-Ġimgħa u jibqgħu għaddejjin sat-Tlieta ta’ wara. Din is-sena, mhux talli se jibdew mill-Ħamis fil-Belt, talli l-Ħadd ta’ qabel se jerġa’ jsir għall-ewwel darba fil-Kottonera. Il-Kottonera għandha storja antika ħafna tal-Karnival li tmur lura sa żmien il-Kavallieri u li ġiet fi tmiemha bit-Tieni Gwerra Dinjija. (Ritratt Joseph Agius Attard)
Barra minn hekk iċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiva Esplora fil-Kalkara se jkun qed ittella’ attivitajiet marbuta mal-Karnival mis-Sibt 3 ta’ Frar. Agħti titwila lill-programm tal-Karnival għal din is-sena:
IL-PROGRAMM TAL-2018 (Click here to view the programme in English)
IS-SIBT 3 U L-ĦADD 4 TA’ FRAR 2018
Esplora: Kuluri Karnival, il-Kalkara
12.00 – 8pm; 10am – 6pm
Prezzijiet jibdew minn €5 sa €12, tfal taħt l-4 snin b’xejn
Fiċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiva Esplora se jittellgħu taħdidiet dwar il-Karnival, spettakli tax-xjenza, kompetizzjonijiet għall-aħjar kostum fl-4pm fiż-żewġt ijiem u workshops interattivi. Tfal u kbar imħeġġin jattendu bil-kostum. Il-biljetti jixtraw mill-bieb. Il-prezz ivarja skont l-ispettakli li tagħżel.
IL-ĦADD 4 TA’ FRAR 2018
Karnival fil-Kottonera
9.30am – 1pm
Bla ħlas
Sfilata bil-kollaborazzjoni tal-kunsilli lokali tal-Kottonera u l-għaqdiet tal-lokal, bil-parteċipazzjoni ta’ gruppi ta’ żfin u karrijiet żgħar fost oħrajn. Tibda minn ħdejn il-Knisja tal-Isla għax-Xatt ta’ Bormla u tispiċċa l-Birgu
IL-ĦAMIS 8 TA’ FRAR 2018
Ċerimonja tal-ftuħ tal-Karnival fil-Belt Valletta
6pm – 7.40pm
€5
Jingħata bidu għaċ-Ċerimonja tal-ftuħ tal-Karnival fi Pjazza San Ġorġ bil-parata tradizzjonali tal-Karnival, żfin kompetittiv u parata ta’ kostumi.
IL-ĠIMGĦA 9 TA’ FRAR 2018
Programm fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta
6pm – 8.45pm
€5
Programm bi żfin kompetittiv minn Kumpaniji Sezzjoni A u B u sfilata żgħira bil-parteċipazzjoni tar-Re tal-Karnival, maskeruni, karrijiet satiriċi u Karrijiet Kumpaniji A.
Attività tal-Karnival fil-Marsa
6.30pm
Bla ħlas
Organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Marsa fi Pjazza Ġ.F.Abela, b’mużika miż-żewġ baned tal-lokal, kif ukoll kant u żfin minn diversi skejjel, kif ukoll mit-tfal li jattendu l-Iskola Primarja tal-Marsa.

IS-SIBT 10 TA’ FRAR 2018
Il-Karnival tat-Tfal, il-Belt Valletta
9.30am – 11.30am
€5
Il-Karnival tat-Tfal fi Pjazza San Ġorġ bil-parteċipazzjoni ta’ żfin minn skejjel privati taż-żfin, Kumpaniji Ċ u sfilata żgħira bil-parteċipazzjoni tar-Re tal-Karnival, maskeruni iżolati u karrijiet satiriċi L-attività tispiċċa għall-ħabta tal-11.30am fi Pjazza San Ġorġ. Titkompla sfilata tul Triq ir-Repubblika.
Attivitajiet tal-Karnival, Birżebbuġa
4.30pm
Bla ħlas
Organizzati mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, bi sfilata mat-toroq bis-sehem taż-żewg baned lokali kif ukoll diversi għaqdiet u gruppi, li joffru spettakli ta’ żfin u daqq minn kumpaniji tal-Karnival. Tibda minn Triq Żarenu Dalli, u tispiċċa quddiem it-Teatru Grieg fil-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa
Il-Qarċilla: L-Għarusa Karfusa, il-Belt Valletta
5pm, 6pm, 7pm
Bla ħlas
Il-Qarċilla bi produzzjoni teatrali mtellgħa minn Teatru Malta fi Pjazza San Ġwann, il-Belt Valletta. ‘L-Għarusa Karfusa’ hija t-tipika ħrafa klassika ta’ mħabba pprojbita, però bejn frotta u ħaxixa.
Programm Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta
5pm
€10
Programm fi Pjazza San Ġorġ bil-parteċipazzjoni tal-kumpaniji taż-żfin sezzjonijiet A, B u D, Karrijiet Trijonfali A, B u Ċ. L-attività tispiċċa wara d- 9pm. Titkompla sfilata tul Triq ir-Repubblika.
Ballu Tritoni fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta
8pm
Bla ħlas
Ballu Tritoni 18 se jseħħ madwar il-Funtana tat-Tritoni qabel id-daħla tal-Belt Valletta. Il-kumpanija tal-Karnival kollha kif ukoll il-pubbliku ġenerali hu mistieden jieħu sehem. Il-ballu li se jibqa’ għaddej sa tard billejl se jkollu l-parteċipazzjoni ta’ DJs lokali kif ukoll spettaklu mill-Big Band Brothers.

IL-ĦADD 11 TA’ FRAR 2018
Attività Karnivaleska, Ħad-Dingli
9am
Bla ħlas
Organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli (f’każ ta’ maltemp fl-iskola tal-istess lokalità), bil-parteċipazzjoni ta’ kumpaniji taż-żfin, sfilata tal-kostumi u wirja ta’ maskli magħmula mit-tfal, kif ukoll kant minn diversi żgħażagħ u logħob.
Attività Karnivaleska, in-Naxxar
9am – 1pm
Bla ħlas
Organizzata mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar, f’Labour Avenue, dan l-avveniment jinkludi parati u żfin minn diversi kumpaniji lokali bil-kostumi u t-tema tal-karnival.
Il-Qarċilla: L-Għarusa Karfusa, il-Ħamrun
9.30am
Bla ħlas
Produzzjoni teatrali mtellgħa minn Teatru Malta Triq Dun Nerik Cordina Perez (Broad Street), il-Ħamrun. ‘L-Għarusa Karfusa’ hija t-tipika ħrafa klassika ta’ mħabba pprojbita, però bejn frotta u ħaxixa.
Festa Baned, il-Ħamrun
10am
Bla ħlas
Festa Baned hi parata li qed issir għar-raba’ darba fil-Ħamrun orginazzata mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun bil-kollaborazzjoni ta’ Festivals Malta. Fiha jieħdu sehem il-baned Ħamruniżi, il-baned li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Karnival, il-Karru tar-Re tal-Karnival, karrijiet satiriċi u oħra maħduma apposta kif ukoll parteċipanti oħra tal-Karnival, fosthom iż-żeffiena.
12.30pm
Bla ħlas
Sfilata bil-karrijiet u l-gruppi tal-karnival li tgħaddi minn Pjazza Kastilja. Imbagħad tibqa’ sejra lejn il-Fosos tal-Furjana, Triq l-Assedju l-Kbir fil-Furjana għal Triq Ġlormu Cassar, u lura lejn Kastilja. Imbagħad tgħaddi minn Triq il-Merkanti, Triq ir-Repubblika għal Misraħ il-Ħelsien għall-Pjazza Tritoni u tibqa’ sejra lejn Triq Sarria u Triq San Publiju fil-Furjana.
Programm fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta
2pm – 8pm
€12
Programm fi Pjazza San Ġorġ bil-parteċipazzjoni tal-Kumpaniji sezzjoni Ċ u sfilata bil-parteċipazzjoni tar-Re tal-Karnival, maskeruni, Kumpaniji D, karrijiet satiriċi, Karrijiet Trijonfali A,B, Ċ u Karrijiet Kumpaniji A.
Attività Karnivaleska, Ħaż-Żabbar
4.30pm
Bla ħlas
Organizzata mill-Kunsill ta’ Ħaż-Żabbar, b’sfilati ta’ żfin u kant fil-Venda l-Antika, Ħaż-Żabbar.
Attività Karnivaleska, Ħal Għaxaq
7pm
Bla ħlas
Organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq fil-pjazza, bil-parteċipazzjoni ta’ gruppi ta’ żeffiena, kant u baned.

IT-TNEJN 12 TA’ FRAR 2018
Programm bl-iskejjel u gruppi taż-żfin, il-Belt Valletta
10am – 1pm
Bla ħlas
Fl-10am parata u programm ta’ żfin fi Pjazza San Ġorġ minn diversi skejjel u gruppi taż-żfin inklużi dawk minn Għawdex u minn Kumpaniji C. Jibdew minn Pjazza San Ġorġ bi sfilata ma’ diversi toroq.
Programm minn Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta
3.30pm – 9pm
€7
Programm ieħor jibda minn ħdejn Kastilja bil-parteċipazzjoni tal-Kumpaniji A, B u D u sfilata mmexxija mir-Re tal-Karnival, Maskeruni, Karrijiet Satiriċi, Karrijiet Trijonfali A, B u Ċ u Karrijiet Kumpaniji A. Titkompla sfilata tul Triq ir-Repubblika.
Karnival f’Ħal Għargħur
6pm
Bla ħlas
Organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Għargħur fil-Pjazza tal-Għargħur, Ħal Għargħur, bil-parteċipazzjoni ta’ kumpaniji taż-żfin, kant minn diversi żgħażagħ, kif ukoll mużika mill-banda Big Friends Guggen Musik Malta. Udjenzi huma mħegga jiġu bil-kostumi.
Attività Karnivaleska, Ta’ Xbiex
6pm
Bla ħlas
Organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex fil-Parkeġġ tal-Marina, Ta’ Xbiex, din l-attività se toħloq atmosfera divertenti għat-tfal fil-lokalità.
Karnival Spontanju Għaxqi
7.30pm
Bla ħlas
Organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq f’bosta toroq f’Ħal Għaxaq b’maskarati, karrijiet u maskaruni. Isiru bosta kompetizzjonijiet għall-aħjar maskarat, gruppi ta’ maskarati u karrijiet. Fis-7.30pm issir il-Qarċilla: L-Għarusa Karfusa.

IT-TLIETA 13 TA’ FRAR 2018
Parata mill-iskejjel u gruppi taż-żfin, il-Belt Valletta
9.30am – 2pm
Bla ħlas
Tibda parata minn diversi skejjel u gruppi taż-żfin minn Pjazza San Ġorġ sa Pjazza Teatru Rjal, fejn jittella’ programm varjat fuq il-palk bil-parteċipazzjoni ta’ Zhejiang Wu Opera Troupe miċ-Ċina.
Il-Gran Finale, il-Furjana
6pm – 11pm
Bla ħlas
Gran Finale: sfilata finali bir-Re tal-Karnival, karrijiet u kumpaniji madwar il-Furjana li tispiċċa fi Triq Sant’Anna l-Furjana. Tieħu sehem ukoll iz-Zhejiang Wu Opera Troupe miċ-Ċina.
Karnival Spontanju Għaxqi
7.30pm
Bla ħlas
Organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq f’bosta toroq f’Ħal Għaxaq b’maskarati, karrijiet u maskaruni. Isiru bosta kompetizzjonijiet għall-aħjar maskarat, gruppi ta’ maskarati u karrijiet.