Minn għada jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Iskejjel tal-Knisja

Mill-Erbgħa 15 ta’ Novembru se jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2018-2019 għal dawk it-tfal ta’ BLA POLZA. Dawn jinkludu tfal li jinsabu fi djar tal-Knisja, tfal ta’ impjegati fi skejjel tal-Knisja, aħwa li għandhom ħuthom fi skola tal-Knisja, trasferimenti bejn skejjel tal-Knisja, dawk eżentati mill-attendenza, u tfal li qegħdin fi skejjel tal-Knisja bla kontinwità.…